Sekonda Qabel Tqum

Tnieda l-ktieb il-ġdid ta’ poeżiji bil-Malti (bi traduzzjonijiet għall-Ingliż) ta’ Claudia Gauci, Sekonda Qabel Tqum. Jinbiegħ mill-ħwienet €8.50 jew minn Sierra Book Distributors. Tistgħu tikkuntattjaw ukoll lil Claudia Gauci direttament.

Image

Il-poeżija intima u metaforika ta’ Claudia Gauci tinnegozja kontinwament mal-memorja: mhux biss terfa’ x-xeni mit-tfulija tagħha biex tippreserva u tikkultiva l-mumenti ma’ missierha iżda anki tqanqal jew toħloq konxjament memorji inqas feliċi biex bħallikieku tissaffa minn esperjenzi li weġġgħuha profondament. Il-memorja individwali u kollettiva, kif jgħid Umberto Eco, għandha l-funzjoni li tippreserva ċerta informazzjoni imma fl-istess ħin twarrab dik l-informazzjoni li ma neħtiġux u li kapaċi xxekklilna moħħna. Claudia Gauci ma tużax il-memorja, il-poeżija, biex tikkanċella dak li ma jogħġobhiex: tużaha biex tiffaċċja l-istorja li tiffurmaha, biex tibni fuqha.

Adrian Grima

Advertisements

Skariġġi

Skariġġi (Versatili/Edizzjoni Skarta, 2012), ktieb editjat minn Kit Azzopardi, jiġbor fih għaxar novelli minn awturi stabbiliti u oħrajn li għadhom fil-bidu tagħhom. L-awturi huma: Kit Azzopardi, Berislav Blagojevic, Keith Borg, Priscilla Cassar, Claudia Gauci, Adrian Grima, Jacob Piccinino, Leli, Rita Saliba, u Ġużè Stagno.

skariggi-qoxra2.jpg

“Il-letteratura hi proġett mhux mitmum: ma jistax ikun mod ieħor la tfittex li toħloq lilha nfisha mill-ġdid mid-djalogi li jinbtu bejn xogħol u ieħor. Bħall-oqsma kollha tal-arti, hi sengħa tal-mhux magħruf: hi d-djalogu bejn dak li nafu u dak li ma nafux, id-djalogu bejn il-kultura materjali u kontemporanja ma’ dak li “jista’ jkun.” Għaldaqstant, filwaqt li ma tistax tinqata’ mit-tradizzjoni (imqar jekk tradizzjoni riċenti ħafna), tipprova tipprojetta lilha nfisha fi spazji ġodda. Fil-falliment tal-lingwa sabiex tilħaq spazji għalkollox ġodda, hemm il-ħolqien ta’ lingwa aktar friska.”

(silta mid-daħla għall-antoloġija)

Tixtri kopja jew minn Sierra Book Distributors