John Aquilina | Tluq

Ara filmat b’intervista ma’ John Aquilina fuq Kultura News hawnhekk

Fil-Mitħna — Ċentru Arti, Kultura u Snajja’, Triq in-Naxxar, Birkirkara, fil-21 ta’ Settembru 2019, fis-7.30 pm, se ssir it-tnedija ta’ Tluq, ġabra ta’ poeżiji ġodda ta’ John Aquilina. Din hija pubblikazzjoni ta’ Edizzjoni Skarta, b’disinn oriġinali ta’ Marco Scerri.

Il-ktieb jinsab għall-bejgħ minn fuq is-sit elettroniku jew il-ħanut tal-BDL ta’ San Ġwann jew inkella direttament mingħand John Aquilina.

Waqt is-serata, għadd ta’ poeżiji mill-ġabra se jinqraw mill-attur Jacob Piccinino u jitkantaw mill-mezzo-soprano Claire Ghigo, b’akkumpanjament ta’ mużika oriġinali ta’ Alex Vella Gregory. Se jkun hemm  ukoll diskors kritiku mill-poeta Antoine Cassar li kien l-editur tal-ġabra.

L-avveniment hu bla ħlas u miftuħ għall-pubbliku. Il-ktieb se jinbiegħ għall-prezz ta’ 10.

Waqt it-tnedija, min hu interessat se jkun ukoll jista’ jixtri l-ewwel ktieb tal-awtur, “Leħnek il-Libsa Tiegħi”, li kien rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2010, u li jinsab għall-bejgħ minn fuq is-sit elettroniku jew il-ħanut tal-BDL ta’ San Ġwann jew inkella direttament mingħand John Aquilina.

John Aquilina ilu jikteb mill-1994 u din hi t-tieni ġabra ta’ poeżiji tiegħu. Studja l-Matematika, u ilu jaħdem fid-dinja finanzjarja f’Londra mill-2005.

Post: Il-Mitħna — Ċentru Arti, Kultura u Snajja’, Triq in-Naxxar, Birkirkara

Data:  Is-Sibt 21 ta’ Settembru, 2019

Ħinijiet: 19:00 sa 22:00

Wara t-tnedija, il-ktieb ikun għall-bejgħ għand il-BDL

Paġna Facebook: https://www.facebook.com/events/2342694679171124/

John Aquilina fuq il-palk tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2017 f’Sant’Iermu – Ritratt ta’ Virginia Monteforte

Ara wkoll: https://www.maltatoday.com.mt/arts/entertainment/97468/the_rich_tapestries_of_memory_john_aquilina#.XYSWzpMzbOR